Ġeografija u Storja

L-isem Ta’ Xbiex evolva minn “tax-xbiek’ li jfisser ‘’post tax-xbieki’’ Għalkemm peniżola, Ta’ Xbiex jinsab qrib l-art minn kull naħa. Ix-Xatt ta’ Ta’ Xbiex jaħrab minn għolja fejn vilel gustużi jħarsu lejn il-Port ta’ Marsamxett. Meta l-qawwiet ta’ Napuljun ssakkru ġewwa l-kapitali fl-1798, ta’ Xbiex kien wieħed mis-siti minn fejn il-Maltin kienu jżommu għajnejhom u widnejhom fuq l-invażuri Franċiżi.


Fid-29 ta’ Settembru 2007 il-Coasal Forces Heritage Trust b’koordinazzjoni mal-Kunsill Lokali Ta’ Xbiex fakkru fl-irġiel u n-nisa tar-Royal Navy u l-Allied Coastal Forces li kienu bbażati fl-HMS Gregale matul it-Tieni Gwerra Dinjija.


L-HMS Gregale kien jikkonsisti f’Erba’ Vilel fuq it-Terrazzin Ta’ Xbiex, li waħda minnhom serva bħala Kwartieri Ġenerali għall-Kaptan Forzi Kostali. Il-garaxxijiet taħt ir-rampa jservu bħala workshops u l-Mansions Whitehall kienu l-bażi għall-WRNS.