Previous slide
Next slide

L-isem Ta’ Xbiex evolva minn “tax-xbiek’ li jfisser ‘’post tax-xbieki’’. Għalkemm peniżola, Ta’ Xbiex jinsab qrib l-art minn kull naħa. Ix-Xatt ta’ Ta’ Xbiex idur madwar għolja fejn hemm vilel mill-isbaħ iħarsu lejn il-Port ta’ Marsamxett. Meta l-qawwiet ta’ Napuljun issakkru ġewwa l-kapitali fl-1798, Ta’ Xbiex kien wieħed mis-siti minn fejn il-Maltin kienu jżommu għajnejhom u widnejhom fuq l-invażuri Franċiżi. 

Fid-29 ta’ Settembru 2007, il-Coastal Forces Heritage Trust, b’koordinazzjoni mal-Kunsill Lokali ta’ Ta’ Xbiex fakkru l-irġiel u n-nisa tar-Royal Navy u l-Allied Coastal Forces li kienu bbażati fl-HMS Gregale matul it-Tieni Gwerra Dinjija. 

 

L-HMS Gregale kien jikkonsisti f’Erba’ Vilel fuq it-Terrazzin ta’ Ta’ Xbiex, li waħda minnhom serviet bħala Kwartieri Ġenerali għall-Captain Coastal Forces. Il-garaxxijiet taħt ir-rampa servew bħala workshops u l-Whitehall Mansions kienu l-bażi għall-WRNS.  

Hemm ukoll numru ta’ fornituri ta’ servizzi bħal kumpaniji tal-assigurazzjoni, ditti legali, ditti tal-awditjar u tal-kontabilità.  

Fost il-vilel oriġinali li jinsabu fit-toroq biswit il-baħar, wieħed isib Villa Oxania, li kienet tat-tabib magħruf u arkeologu ewlieni, Sir Temi Zammit (1864-1935), u Villa Cloe, dar ta’ Sir Arturo Mercieca (1878-1969), President tal-Qrati Maltin għal żmien twil kif ukoll mexxej politiku magħruf. Iż-żewġ patrijotti mietu waqt li kellhom residenza f’Ta’ Xbiex 

There are also a number of service providers such as insurance companies, law firms, auditing and accounting firms.

Among the original villas situated in the streets opposite the sea, one finds Villa Oxania, which belonged to the noted physician and leading archaeologist, Sir Temi Zammit (1864-1935), and Villa Cloe, home to Sir Arturo Mercieca (1878-1969), long-time president of the Maltese Courts and a well known political leader. Both patriots died while they held residence at Ta’ Xbiex.